Il-Papa Franġisku t-Tnejn fakkar fis-silenzju kbir li hawn għall-persekuzzjoni tal-Insara.
Hu qal li bħalma ġara fi żmien id-dixxipli, illum qed ikun hemm persekuzzjoni atroċi u diżumana kontra l-Insara madwar id-dinja u spiss quddiem għajn kullħadd imma fis-silenzju ta’ kulħadd.
Hu qal dan waqt il-quddiesa għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fejn kienu preżenti 46 Arċisqof minn madwar id-dinja.
Il-Papa qal li kien hawn indifferenza kbira quddiem dan id-destin traġiku ta’ ħafna Nsara f’diversi pajjiżi.
Hu qal li dak li għaddew minnu l-Appostli kellu sinifikat kbir għall-Insara tal-lum.
Il-Papa tul dawn l-aħħar xhur tkellem diversi drabi dwar il-persekuzzjoni tal-Insara mhux biss fl-Art Imqaddsa imma f’partijiet oħra tad-dinja u kif il-komunità internazzjonali qed tħalli kollox għaddej qisu mhu qed jiġri xejn.
Il-Papa dwar is-silenzju li hawn għall-persekuzzjoni tal-Insara
