Ftit tal-ħin ilu, taħt l-irdum ta’ f’Ta’ Ċenċ f’Ta Sannat f’Għawdex instab il-katavru ta’ Carmel Calleja, ir-raġel ta’ 60 sena li kien rappurtat nieqes jumejn ilu.
Il-Katavru ta’ Calleja ttella’ minn qiegħ il-baħar ftit tal-ħin ilu wara tfitxijiet li saru matul il-jum minn numru ta’ għaddasa li kienu qed jagħmlu t-tfitxijijiet fil-baħar fiż-żona fejn instab.
It-tfitxijiet matul il-jum saru wkoll mill-ajru permezz ta’ helikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Aktar kmieni …
Calleja intlemaħ għall-aħħar darba fis-Sannat, Għawdex, liebes flok u qalziet blu. Hu twil madwar 173 ċentimetru.
Kull min għandu xi informazzjoni huwa mitlub jikkuntatja lil Pulizija fuq in-numru 112 jew 191, jew inkella billi jżur l-għassa tal-Pulizija tal-lokal.
//= $special ?>

