Futbol Sport

Jonathan Calleja l-Head Coach ġdid ta’ Naxxar Lions

Naxxar Lions ħatru lil Jonathan Calleja bħala l-Head Coach ġdid tan-nursery tagħhom. Hu jieħu post Stefano Grima, li ġie promoss bħala kowċ tal-iskwadra ewlenija fil-Premier.

Din se tkun it-tielet sena għal Jonathan Calleja ma’ Naxxar Lions fejn ħadem mill-qrib mal-istess Stefano Grima.

Għalhekk bil-ħatra ta’ Caruana, li hu kowċ Uefa A, għandu ċ-ċertifikat ta’ Direttur tal-Youths, liċenza ta’ Goalkeeper Coaching u Level 1 fil-Physical Fitness Training, Naxxar Lions għażlu l-kontinwazzjoni fil-ħidma fost il-youths.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).