Għal ħafna snin, Cadbury kienet meqjusa d-ditta taċ-ċikkulata preferita tal-Ingliżi, imma jidher li din qed tonqos mill-popolarità.
Wara stħarriġ fost 8,000 ruħ, iċ-ċikkulata li spiċċat fl-ewwel post kienet il-Maltesers, segwita minn Minstrels tal-Galaxy u minn Wispa.
Dairy Milk, tal-Cadbury, irnexxielha tagħmilha mal-iktar għaxra ppreferuti imma fil-post numru 8 u post qabilha, fin-numru 7, il-Mini Eggs tal-istess ditta.
Fir-raba’ post, iċ-ċikkulata organika Green & Black’s u fil-ħames post, il-ħelu ta’ Maoam. Fis-sitt post, Kit Kat fil-verżjoni Chunky Peanut Butter, fid-disa’ post Haribo Tangfastics u, tgħaqqad it-Top Ten, id-Double Decker tal-Cadbury.
Klassiċi bħall-Curly Wurly, Magic Stars tal-Milky Way, Cadbury Fruit & Nut, Snickers u Galaxy Caramel ġew kollha mill-11 għall-15-il post.
Il-fliexken tal-Cola ġew fit-22 post segwiti minn Haribo Starmix. Iċ-ċikkulata Bounty spiċċat fit-30 post.
//= $special ?>