Lokali

Raġel ta’ 27 sena jintlaqat minn vann

Raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqat b’vann fil-lokalita’ tiegħu iktar kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq iż-Żingla, meta r-raġel, li kien miexi biswit it-tirq, intlaqat minn vann tat-tip Toyota Townace, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 67 sena, ukoll minn Ħaż-Żabbar.

Sorsi ikkonfermaw li ż-żagħżugħ ma jinsabx f’periklu li jitlef ħajtu, iżda l-kundizzjoni ta’ saħħtu għadha mhix magħrufha.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.