Futbol Sport

Rebħa għat-tim nazzjonali Malti tal-Beach Soccer

It-tim nazzjonali tal-Beach Soccer din is-sena se jkun qed jipparteċipa fl-ewwel edizzjoni tal-Mediteranean Beach Games li se jsiru bejn l-aħħar ta’ Awwissu u l-bidu ta’ Settembru f’Pescara.

Din se tkun l-ewwel darba li t-tim nazzjonali tal-Beach Soccer se jieħu sehem f’dawn it-tip ta’ logħob barra minn xtutna u għalhekk il-kumitat ħaseb biex jorganizza training camp ta’ erbat ijiem fi Viareggo.

Dan it-training camp beda s-Sibt li għadda u jintemm illum u għalih ġew mgħajta Roderick Camilleri, Ivan Cassar, Diego Armando Cucciardi, Julian Briffa, Ronald Spina, George Frendo, Gilbert Martin, Ronnie Celeste, Mark Camilleri u Justin Camilleri.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).