Futbol Sport

Roderick Bajada kkonfermat ma’ Tarxien Rainbows

Il-midfielder ta’ 32 sena Roderick Bajada ġie kkonfermat ma’ Tarxien Rainbows għall-istaġun li ġej. Fl-aħħar jiem hu kien qed jinteressa numru ta’ klabbs oħra fosthom Pembroke Athleta u Balzan.

Bajada hu plejer li għandu l-fiduċja tal-kowċ Jacques Scerri. Filfatt Scerri xtaqu u akkwistah miegħu b’self is-sena li għaddiet meta kien fit-tmexxija ta’ Pembroke Athleta. Bajada kellu staġun bħala protagonist u għen lil Pembroke għal promozzjoni storika.

Matul il-karriera tiegħu Bajada lagħab għal Ħamrun Spartans, Msida St. Joseph, Sliema Wanderers, Valletta, Tarxien Rainbows, Qormi u Pemroke Athleta. Kien ukoll plejer tan-nazzjonali sa mill-U16s.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).