Futbol Sport

Santa Luċia jaħtru lil Renzo Attard bħala Head Coach tan-nursery

Santa Luċia ħabbru r-ritorn tal-kowċ Renzo Attard bħala Head Coach tan-nursery u kowċ tal-U19s.

Attard kien kowċ ta’ diversi skwadri fosthom Tarxien Rainbows, Pieta’ Hotspurs, Għaxaq F.C. u l-istess Santa Luċia, fejn kien ukol plejer tal-istess klabb.

Renzo Attard ilu jokkupa l-kariga ta’ head coach u kowċ tal-U19s għall-aħħar ħames snin. Mal-U19s ta’ Santa Luċia kiseb promozzjoni għal Section C.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).