Fl-aħħar sigħat waslu f’Malta t-tliet żgħażagħ li jiffurmaw il-grupp popolari Copa 90, li fuq Youtube għandhom iktar minn 971,500 subscriber.
Dawn iż-żgħażagħ iduru d-dinja u joħolqu features dwar il-futbol. Proġett riċenti tagħhom hu dak dwar klabbs żgħar.
Kien għalhekk li għażlu lil Malta fejn se jsegwu lil Balzan F.C. kontra FK Željezničar Sarajevo. Dan għaliex Balzan huma fost l-iżgħar klabbs li se jikkompetu fl-Europa league.
F’Malta huma se jintervistaw numru ta’ uffiċjali ta’ Balzan fost l-oħrajn.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>


