Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, Festa ta’ San Tumas Appostlu, l-Arċisqof Charles Scicluna ser jordna erba’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u wieħed reliġjuż) waqt Quddiesa fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6:30 p.m.
L-erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
Rev. Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema,
Rev. Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid,
Rev. Bertrand Vella OFM Cap,
Rev. Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.