L-attenzjoni ta’ sewwieq li kien għaddej fi Triq Mikiel Anton Vassalli evita dik li possibilment setgħet kienet traġedja meta sewwieqa daret wrong side għal waħda mill-mini ta’ din it-triq ewlenija.
Is-sewwieqa kienet tiela’ minn San Ġwann meta għal xi raġun ddeċidiet li ddur lejn il-mini, fejn sewwieq li kellu kamera fil-karozza kien ġej dritt għal ġo fiha.
Bħallikieku l-qatgħa li ħa dan is-sewwieq ma kinitx biżżejjed, ir-reazzjoni tal-mara kienet li toħroġlu subgħajha tan-nofs.
Il-każ seħħ il-lejl li għadda fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
//= $special ?>

