Każ stramb li seħħ fl-aħħar sigħat f’Tas-Sliema qajjem kontroversja dwar liġi li jidher li dejjem ġiet injorata. Dan għaliex, mid-dehra, il-Pulizija m’għandhom l-ebda awtorizzazjoni jieħdu passi fil-konfront ta’ vetturi li huma reġistrati ma’ xi ambaxxata.
Il-każ huwa dwar kaxxa safra riservata għal persuna li għandu l-Blue Sticker u li ma jistax jipparkja l-karozza tiegħu fil-post li għandu riservat fi Triq Giacinto. Dan għaliex, fil-kaxxa sab karozza oħra. Meta rrapporta din il-karozza, il-Pulizija qalulu li ma jistgħu jagħmlu xejn għaliex din il-vettura hija reġistrata mal-ambaxxata Libjana.
“Qaluli li ma jistgħux imissuha”, qalu l-Pulizija lil Joe Grixti.
Il-vettura hija tat-tip Honda Jazz, u fuq wara għandha sticker bil-kelma ‘Respect’.
//= $special ?>