Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg jiddefendi wkoll l-impjieg fi Brussell ta’ kuġinuh u tat-tifla tal-Ministru Scicluna
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena Karl Cutajar, in-neputi taċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona, u li kellu ishma f’kumpanija tas-sigurtà li waqqaf il-Gvern, Fort Securities Services, irriżenja minn din il-kumpanija li fiha l-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma.
Dan ikkonfermah il-Ministru Chris Cardona fil-bidu tas-seduta tal-Parlament tal-lejla, bil-Ministru Cardona jiddefendi lin-neputi taċ-Chief of Staff tal-Ministeru tiegħu u jgħid li n-neputi taċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona kien vititmizzat politikament.
Il-każ taż-żagħżugħ Karl Cutajar li ngħata l-uniku sehem mhux tal-Gvern f’kumpanija li twaqqfet mill-Ministeru ta’ Chris Cardona, Fort Securities Services, tqajjem fil-Parlament meta saru mistoqsijiet mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-PN, Beppe Fenech Adami u mix-Shadow Minister Jason Azzopardi.
Fil-Parlament, il-Ministru Chris Cardona kkonferma wkoll li Karl Cutajar se jibqa’ fl-impjieg tiegħu fil-MIMCOL, iżda ma weġibx dwar jekk ħu l-istess żagħżugħ Karl Cutajar, ingħatax impjieg fil-Malta Freeport.
Beppe Fenech Adami rrimarka mal-Ministru Cardona li hemm nies li huma viċin il-Ministru u li huma minn Birkirkara, li kienu impejgati fil-Malta Shipbuilding bħala membri tas-sigurtà u li qed jiftaħru li ma jagħmlu xejn. Staqsa lill-Ministru jekk dawn humiex se jiġu impjegati fil-kumpanija l-ġdida li waqqaf il-Gvern, il-Fort Securities Services. Staqsa wkoll jgħid lill-Parlament fuq liema kundizzjonijet dawn il-membri tas-sigurtà fil-Malta Shipbuilding ġew imjegati.
Il-Ministru Cardona qal li ma’ din il-kumpanija m’hemmx impjegati u qal li l-membri impjegati fil-Malta Shipbuilding huma self-employed filwaqt li ddefendihom li qed jagħmlu xogħol importanti u mhux qed isir serq mis-sit magħluq tax-Shipbuilding.
Fil-Parlament ukoll, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ikkonferma u ddefenda l-impjieg li ngħataw il-kuġin tiegħu u t-tifla tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna f’Dar Malta fi Brussell, u qal li dawn ġew magħżula wara sejħa pubblika, u li dawn it-tnejn kienu impjegati taħt amminsitrazzjoni Nazzjonalista.
//= $special ?>