Is-sitwazzjoni fil-Greċja u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Imnarja jiddominaw il-faċċati tal-ġurnali tal-lum
IN-NAZZJON b’ritratt ta’ tifla tammira n-nagħaġ li kien hemm fil-wirja tradizzjonali tal-Imnarja fil-Buskett. Il-ġurnal ikompli b’iktar stejjer dwar l-Ispettur Daniel Zammit li issa sar magħruf li qed imexxi l’hekk imsejjħa “Gentlemen’s Clubs”. Il-paġna ta’ wara hi dedikata għal storja oħra dwar membru ieħor tal-Korp tal-Pulizija: Surġent li jidħol lura fil-Korp u f’erba’ xhur jingħata promozzjoni.
THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt kbir fil-faċċata ta’ quddiem b’raġel iddisprat jistenna quddiem bank fil-Greċja. Stejjer oħra fil-faċċata ta’ dan il-ġurnal huma: “Azzopardi defends 2012 expropriation deal of land ‘snatched’ by Mintoff in 1974” u dwar il-bidla fin-nollijiet u l-biljetti tal-karozzi tal-linja.
L-ORIZZONT b’ritratt dwar il-festa tal-Imnarja iċċelebrata lbieraħ fil-Buskett. Fl-ewwwel faċċata wkoll hemm żewġ stejjer dwar tfajjel ta’ 16-il sena li jammetti li wettaq 15-il serqa u rapport ieħor dwar l’hekk imsejjaħ spjunaġġ fil-Bank Ċentrali.
TIMES OF MALTA tiddedika l-ewwel faċċata kollha għal aħbarijiet internazzjonali bis-sitwazzjoni fil-Greċja tiddomina. Aħbar oħra hi dwar qassis Iraqqin li qed iwissi lill-Punent biex “iqum mir-raqda” dwar it-theddida tal-Istat Iżlamiku.
//= $special ?>
