Lokali Parlament

Il-Parlament isellem lill-vittmi tal-attakki terroristiċi

Il-Parlament Malti sellem lill-vittmi tal-aħħar attakki terroristiċi fit-Tuneżija, Franza u fil-Kuwajt, bil-Gvern u l-Oppożizzjoni jesprimu ħsibijiet ta’ solidarjetà ma’ dawn il-pajjiżi u mal-familjari tal-vittmi ta’ dawn it-traġedji.

Dan esprimewh kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-bidu tad-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Greċja, bil-Parlament jieqaf għal minuta silenzju bħala rispett lejn il-vittmi u lejn il-familjari tagħhom.

Il-Prim Ministru saħaq fi stqarrija li għamel, li m’hemm ebda informazzjoni li twassal għall-konklużjoni li f’pajjiżna hawn xi periklu ta’ attakk terroristiku.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil irrimarka li pajjiżna wkoll għandu jkun b’saħħtu u parteċepi fil-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu.