Ajruplan militari tat-trasport iġġarraf f’żona residenzjali ta’ Medan fl-Indoneżja, fejn tilfu ħajjithom aktar minn 100 persuna.
L-ajruplan, tat-tip Hercules, iġġarraf qalb żewġt idjar u sploda f’balla nirien mal-impatt. L-inċident seħħ ftit wara li l-ajruplan kien beda vjaġġ u meta kellu fuq ekwipaġġ ta’ 12 abbord.
Ir-rapporti qalu li l-Iskwadri għall-Emerġenzi diġà rkupraw numru ta’ katavri mill-fdalijiet, b’folol kbar tan-nies isegwu l-ħidma intensiva fis-sit tat-traġedja.
Filwaqt li ħadd ma jaf x’wassal għat-tiġrif, l-awtoritajiet tal-qawwiet tal-ajru Indoneżjani qalu li l-pilota tal-ajruplan kien talab biex jirritorna lura fil-bażi minħabba diffikultajiet tekniċi.
//= $special ?>