Iż-żagħżugħ Malti ta’ Hibernians Joseph Essien Mbong ilbieraħ ħalla Malta lejn l-Iżvezja fejn għandu prova mal-klabb ewlieni fil-pajjiż, Djurgårdens IF.
Mbong, li għandu 17-il sena, kellu prestazzjonijiet mill-aqwa fil-Kampjonat tal-EURO ta’ taħt is-17-il sena li sar f’pajjiżna s-sena li għaddiet u sar plejer regolari fl-iskwadra taċ-Champions Hibernians.
Is-sena li għaddiet Mbong kellu wkoll prova fl-Ingilterra ma’ Bolton Wanderers li madankollu riedu jħallsu somma sostanzjali biex jakkwistaw lill-plejer. Kellu wkoll prova fl-Italja ma’ Catania.
Riċentament hu kien imsejjaħ ukoll fl-iskwadra proviżorja tat-tim anzzjonali mmexxi mill-kowċ Pietro Ghedin wara li għall-aħħar snin kien għażla ovvja mal-iskwadri nazzjonali ta’ taħt is-17 u l-21 sena.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

