Internazzjonali

Konnessjoni bejn l-ISIS u l-attakk fil-fabbrika ta’ Franza

Il-prosekuturi fi Franza qalu li hemm konnessjoni ċara bejn l-ISIS u r-raġel suspettat li ħanxar ras l-imgħallem tiegħu u pprova jtajjar impjant tal-gass fil-limiti tal-belt ta’ Lyon.

Is-suspettat, Yassin Salhi, kien arrestat nhar il-Ġimgħa fil-fabbrika tal-Air Products f’Saint-Quentin Fallavier fejn hu kien qed jaħdem.

Salhin, intant, qed jgħid li hu kien involut fi kwistjoni fuq il-post tax-xogħol iżda l-Prosekutur, Francois Molins, qal li hemm provi li jindikaw skop terroristiku anki jekk setgħu kien hemmm involuti wkoll ‘ir-raġunijiet personali’ tas-suspettat.

Ras il-vittma, Herve Cornara, kienet instabet fl-inħawi tal-fabbrika u qrib il-bnadar Iżlamisti.