Il-logħba ta’ llejla kontra FK Zeljeznica se tkun waħda diffiċli għal Balzan, mhux biss minħabba li fuq il-karta l-Bożnijaċi huma superjuri, imma wkoll minħabba n-nuqqas ta’ numru ta’ barranin.
Daqqa ta’ ħarta kbira għal Balzan hu l-fatt li l-FA Spanjola għadha ma bagħtitx il-karti tal-attakkant Niġerjan ta’ 25 sena Godwin Mensha. Anke’ jekk dawn jaslu, issa hu tard wisq biex ikun reġistrat.
Lanqas l-akkwist l-ieħor ġdid, l-attakkant ta’ 25 sena mill-Montenegro, Aleksandar Vujacic, mhu se jkun qed jilgħab illejla għax mhux reġistrat.
Dan minbarra li l-attakkant Gianmarco Piccioni ħalla l-klabb għal prova fil-Polonja, Bojan Kaljevic għadu mweġġa’, Ryan Fenech hu sospiż, Jean Pierre Mifsud Triganza rritorna ma’ Valletta u l-kuntratt ta’ Oscar Dario Guerrero kien terminat.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

