Raġel ta’ 30 sena u l-passiġġier li kien qed iġorr ta’ 43 sena, kellhom jiddaħħlu l-isptar Mater Dei isofru minn xi ġrieħi wara inċident li seħħ għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi, jiġifieri fil-by-pass tas-Siġġiewei bejn żewġ vannijiet, wieħed pick-up tat-tip Isuzu u ieħor tat-tip Toyota.
Il-vann pick-up kien qed jinstaq minn raġel ta’ 38 sena residenti il-Mellieħa filwaqt li l-vann Toyota kien qed jinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Balzan u miegħu kellu passiġġier ta’ 43 sena residenti l-Mosta.
Kawża tal-inċident, l-irġiel li kien hemm fil-vann Toyota kellhom jiddaħħlu l-isptar Mater Dei midruba b’xi ġrieħi, madanakollu l-kundizzjoni tagħhom għad mhiex magħrufa.
Fuq il-post, apparti l-ambulanza li ħadet lill-irġiel l-isptar, kellhom jissejħu wkoll membri mill-Protezzjoni Ċivili, li kellhom iqattgħu biċċa mill-vann Toyota.
Ritratti: Maltese Road Traffic Update u Matt Borg
//= $special ?>