Tfajla li lbieraħ ipparkjat il-karozza fiċ-Ċirkewwa rritornat lura u sabitha bil-lock taċ-ċavetta maqlugħ u ħerba fuq ġewwa.
Kif jidher fir-ritratti, fuq ġewwa din it-tfajla sabet borża tal-ikel u taqlib. Madankollu, u forsi b’mod mhux mistenni, l-istereo tal-karozza baqa’ fejn kien, u ma jidher li nsteraq xejn.
Mhux magħruf jekk min daħal fil-karozza nqabadx fil-fatt jew ra lil xi ħadd riesaq fil-qrib u ħarab mill-post.
Min għandi xi nformazzjoni hu mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke’ jekk b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>