Futbol Sport

Steven Vella kowċ ġdid tal-under 19s ta’ Birkirkara

Birkirkara FC ħatru lil Steven Vella bħala kowċ tal-U19s għall-istaġun li ġej.

Vella għandu Liċenzja UEFA A tal-Coaching License u kwalifikat bħala Football Physical Trainer. Hu ilu għall-aħħar għaxar snin jikkowċja, u riċentament kien Assistent Coach ma’ Tarxien Rainbows fil-Kampjonat Premier fejn ħadem ma’ Clive Mizzi. Qabel Tarxien, Vella kien kowċ ma’ Pieta’ u ma’ Sliema Wanderers U/19.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).