F’dawn l-aħħar tliet xhur il-Pulizija Maltija ħadet sehem fi tliet operazzjonijiet kongunti ta’ ripatriazzjoni lejn in-Niġerja. Dawn l-operazzjonijiet ġew organizzati mill-awtoritajiet Norveġiżi, Olandiżi u Taljani rispettivament u kienu kkordinati mill-Frontex.
F’dawn l-operazzjonijiet konġunti, Malta rripatrijat għaxar immigranti Niġerjani irregolari li kienu akkumpanjati minn skorta tal-Pulizija Maltija.
Biex dawn l-operazzjonijiet ta’ ritorn setgħu jseħħu, kien hemm koperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li permezz tax-xogħol tagħhom ġew ipprovduti d-dokumenti tal-ivjaġġar għall-immigranti Niġerjani.
Bħalissa għadu qed isir xogħol bejn il-Ministeri kkonċernati biex dawn it-tip ta’ operazzjonijiet ikomplu.
Parti sostanzjali mill-ispejjeż ta’ dawn it-titjiriet se jinħarġu minn fondi Ewropej.
//= $special ?>