Il-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu Taljana l-Erbgħa arrestat għaxar persuni li kellhom rabtiet mal-ISIS.
Dawk arrestati huma qraba ta’ koppja li kienet vjaġġat lejn is-Sirja biex tissieħeb mal-ISIS u kienu qed ilestu biex jibagħtu lill-qraba tagħhom biex jagħmlu l-istess.
Uffiċjali Taljani qalu li fost l-arrestati hemm Maria Giulia Sergio li ftit taż-żmien ilu kienet qalbet għall-Iżlam u saret estremista, imbagħad f’Settembru żżewġet lil Aldo Kobuzi, Albaniż li kien mar mal-militanti Iżlamiċi fl-Iraq.
Sadattant, f’ħidma separata, żewġ Għarab kienu arrestati mill-Pulizija b’rabta ma’ terroriżmu internazzjonali filwaqt li persuna oħra involuta fil-każ irriżulta li diġà tinsab f’ħabs fil-Marokk.
Fil-qafas tal-investigazzjoni kien hemm militanti Iżlamiċi li kienu qed jippjanaw attakki terroristiċi fl-Italja u t-Tramuntana tal-Afrika.
Dawn min-naħa tagħhom jidher li kienu membri tal-grupp terroristiku al-Qaeda.
Nhar il-Ġimgħa, l-Italja għolliet il-livell ta’ allert fil-pajjiż wara l-attakki li kien hemm fit-Tuneżija, Franza u l-Kuwajt.
Arresti minħabba t-terroriżmu fl-Italja


