L-ISIS ħarġu filmat li fih heddew li fil-mira tagħhom issa hemm ukoll il-Medda ta’ Gaza – territorju kkontrollat mill-grupp militanti Iżlamiku tal-Ħamas.
L-ISIS, fost affarijiet oħra, akkużaw lill-Ħamas li ma kinux stretti biżżejjed fl-infurzar tal-liġijiet Iżlamiċi.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, il-Ħamas beda jieħu azzjoni kontra militanti Iżlamiċi oħrajn fil-Medda ta’ Gaza fosthom nies b’rabtiet mal-ISIS. Fil-messaġġ, maħruġ mis-Sirja, raġel mgħammad iwissi li mhux biss kien se jneħħi l-ISIS mill-Medda ta’ Gaza, imma l-Fatah mix-Xatt tal-Punent kif ukoll jeqred lil Iżrael.
Il-kelliem tal-ISIS wissa li dak li ġara fis-Sirja eventwalment se jasal ukoll fil-Medda ta’ Gaza u fakkar f’dak li ġara fil-kamp ta’ refuġjati Palestinjani ta’ Yarmouk barra Damasku li spiċċa taħt il-kontroll tal-ISIS.
Filwaqt li l-Ħamas ukoll hu moviment militanti Iżlamiku, l-ambizzjonijiet ostili tiegħu huma limitati fil-konfront ta’ Iżrael u t-territorji Palestinjani.
Għajnejn l-ISIS fuq Gaza
