Sport

Il-holder Djokovic fit-tielet rawnd

TENNIS – OPEN TA’ WIMBLEDON: Iċ-champion renjanti Novak Djokovic għadda għat-tielet rawnd tal-Open ta’ Wimbledon meta għeleb lil Jarkko Nieminen fit-tieni rawnd. Il-wirja tan-numru wieħed fid-dinja ma tantx kienet konvinċenti u ħareġ rebbħieħ bi skor ta’ 6-4 6-2 6-3 f’ħin ta’ siegħa u nofs. It-tennista mis-Serbja issa jilgħab kontra l-Awstraljan Bernard Tomic.

Ir-Russa Maria Sharpova ukoll għamlitha għat-tielet rawnd meta rebħet 6-3, 6-1 kontra Richel Hogenkamp. Minkejja r-rebħa, Sharpova, bħal Djokovic, ma kinitx konvinċenti u żgur li jekk fir-rawnds li jmiss tagħmel żbalji bħal dawn kontra avversarji aktar diffiċli, tpatti qares għalihom.

Rafael Nadal kellu wirja dominanti meta rebaħ 6-4 6-2 6-4 kontra l-Brażiljan Bellucci.

In-numru wieħed tal-Ingilterra Heather Watson kompliet timpressjona hekk kif rebħet 6-4, 6-2 f’80 minuta kontra Daniela Hantuchova u x’aktarx, fir-rawnd li jmiss tilgħab kontra l-holder Serena Williams.