MaltaRighNow qed jirċievi ammont kbir ta’ ilmenti b’rabta mal-card tat-trasport pubbliku.
Dan hekk kif numru kbir ta’ persuni qed jilmentaw li għalkemm għandhom il-‘tallinja card’, din xorta waħda mhux qed taħdem u allura qed jintalbu jħallsu €2 għal kull vjaġġ, bħal dawk li għadhom ma rċevewx il-card.
Persuna partikolari rrappurtat li qis-6.15 ta’ filgħodu qabdet il-karozza tal-linja 63 li tgħaddi minn Ħal Qormi, iżda l-card ittoppjata ma bdietx taħdem u allura kellhom iħallsu żewġ ewro. Skont din il-persuna, ix-xufier qalilhom li s-sistema mhux taħdem sew.
Dan l-aħħar ilment jiżdied ma’ diversi lmenti oħra li rċieva dan is-sit b’rabta mas-sitwazzjoni fis-servizz tat-trasport pubbliku.
Ir-ritratt, meħud dalgħodu, juri kjwuijiet twal ta’ persuni li baqgħu ma rċevewx il-card u li dalgħodu provaw jiġbruha ħalli ma jkollhom għalfejn iħallsu żewġ ewro għal kull vjaġġ li jagħmlu b’tal-linja.
//= $special ?>

