Lokali

AĠĠORNATA: kaos totali fis-sistema tallinja card

Kaos totali fis-servizz tal-karozzi tal-linja, hekk kif diversi persuni kellhom taħwid fit-tallinja card li applikaw għaliha fl-aħħar ġimgħat.

Diversi persuni li spiċċaw mingħajr card illum qed jintalbu jħallsu żewġ ewro.

Rapporti li qed jaslulna jindikaw li hemm nies li irċievew il-card tagħhom mingħajr ritratt u isem. Oħrajn saħansitra waslitilhom il-card doppja.

Intant, nies mill-Mellieħa dalgħodu qalulna li meta marru biex jittopjaw il-card fl-uffiċċju tal-MaltaPost, qalulhom li l-magna kienet bil-ħsara.