Minkejja l-kaos fit-toroq Maltin, il-kumpanija li ħoloq il-Gvern biex tkun responsabbli mit-trasport pubbliku, Malta Public Transport (MPT), qalet li “ġeneralment sodisfatta” bil-proċess tal-bidla.
Fi stqarrija, l-MPT qalet li s-sistema qed taħdem sew u, skont il-kumpanija, kienu eluf li llum użaw il-card il-ġdida. L-MPT qalet li din kienet bidla pożittiva.
Il-kumpanija maħluqa mill-Gvern u mgħoddija lill-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku qalet li kien hemm “ammont żgħir” ta’ rapporti u “ftit problemi tekniċi żgħar”.
Filwaqt li rringrazzjat lill-pubbliku għall-koperazzjoni, l-MPT qalet li żiedet l-ammont ta’ impjegati fil-call center ħalli jiġu mwieġba d-diffikultajiet li qed jirriżultaw.
//= $special ?>

