Minn għada, l-kumpanija mwaqqfa mill-Gvern ‘Malta Public Transport’ se tkun qed iżżid kjosk fiż-zona magħrufa bħala ‘tal-Biskuttin’ bil-għan li reġistrazzjonijiet ġodda għal tallinja card isiru hemmek. Dan filwaqt li l-kjosk fit-terminus tal-Belt se tkun dedikata biss għal min irid jittoppja l-cards u għal min ikollu bżonn li jingħata informazzjoni ġenerali dwar is-servizz ġdid.
Fi stqarrija, l-Malta Public Transport qalet li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm rekord ta’ 7,500 reġistrazzjoni proċessati.
Malta Public Transport appellat lill-pubbliku biex juża l-websajt www.tallinja.com biex jirreġistra għall-card b’mod faċli.
//= $special ?>