L-ISIS ħadu r-responsabbiltà għal sensiela ta’ attakki fir-reġjun tas-Sinai, fl-Eġittu. L-attakki ħallew tal-anqas 70 suldat mejjet inkluż f’attakk suwiċida fuq checkpoint.
L-attakki seħħew fl-inħawi madwar il-belt ta’ Sheikh Zuweid u fil-mira kien hemm tal-anqas sitt checkpoints militari. Il-militanti ħadu wkoll numru ta’ suldati priġunieri kif ukoll vetturi armati li kellhom magħhom.
Intqal li kien hemm madwar 70 militant li pparteċipaw fl-attakki u skont il-militar Eġizzjan, 23 minnhom inqatlu. Il-ġlied kompla lbieraħ matul il-ġurnata u f’xi ħin il-militanti assedjaw l-għassa tal-pulizija ta’ Sheikh Zuweid.
L-attakki tal-bieraħ seħħew wara li nhar il-Ħadd inqatel Hisham Barakat, il-prosekutur kap Eġizzjan, fi splużjoni ta’ bomba fil-Kajr u ġurnata wara li l-President Eġizzjan, Abdel Fattah al-Sisi, wissa li kien se jżid l-azzjonijiet kontra l-militanti Iżlamiċi.
Massakru ta’ suldati Eġizzjani


