Bħallikieku l-problemi b’rabta mal-cards il-ġodda li suppost kellhom jibdew jintużaw mil-lum bħala mod ġdid ta’ ħlas għas-servizz tat-trasport pubbliku, MaltaRightNow.com illum irċieva wkoll numru ta’ rapporti b’rabta ma’ karozzi tal-linja li waqfu bil-ħsara.
Fost dawn, żewġ karozza tal-linja f’Tas-Sliema li waqfu quddiem il-mina ta’ Tigne. Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li b’konsegwenza, inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku.
Intant, dan is-sit jinsab infurmat ukoll b’karozza tal-linja li aktar kmieni waranofsinhar waqfet fil-Floriana.
//= $special ?>