Pulizija ta’ 40 sena mill-Fgura weġġa’ wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ qrib il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.15pm fi Triq l-Assedju l-Kbir meta l-membru tal-Korp kien qed isuq mutur. Hu ntlaqat minn karozza tat-tip Nissan Micra, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena minn Marsaskala.
Il-Pulizija ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza. Għalkemm il-kundizzjoni ta’ saħħtu għadha mhijiex magħrufa, sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li l-kundizzjonijiet tar-raġel ma jidhrux li huma gravi.
//= $special ?>