Internazzjonali

RITRATTI: is-salvataġġ ta’ aktar immigranti li qed jaqsmu lejn l-Ewropa

Ritratti li waslu għandu s-sit MaltaRightNow.com juru grupp ieħor ta’ immigranti li fl-aħħar 24 siegħa ġie salvat ‘il barra minn Tripli.

Kien il-bastiment tal-merkanzija St Jerneborg li ġabar lil dawn l-immigranti li kienu abbord dinghy. Is-salvataġġ seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 4pm.

Il-bastiment wassal lill-immigranti l-Italja, u daħal fil-port ta’ Pozzallo illum għall-ħabta ta’ nofs inhar.

Oriġinarjament, il-vapur St Jerneborg kien fi triqtu lejn pajjiżna.

Il-UNHCR għadha kif ħabbret li fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena kienu 137,000 in-nies li qasmu mill-Afrika lejn l-Ewropa bil-baħar. Din hi ċifra rekord, u żieda ta’ 83% meta mqabbel mal-istess perijodu s-sena li għaddiet.

im2