Wara l-kaos fis-servizz tat-trasport pubbliku llum, kawża tad-diżorganizazzjoni fl-introduzzjoni ta’ ‘tallinja cards’ kif ukoll b’konsegwenza tal-fatt li numru ta’ karozzi tal-linja waqfu jaħdmu, MaltaRightNow.com irnexxielu jieħu l-ewwel reazzjonijiet tal-Ministru responsabbli mit-Trasport Joe Mizzi.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-Ministru Joe Mizzi qal li jinsab diżappuntat bl-iżvilupp fis-servizz tat-trasport pubbliku u qal li se jkun qed isejjaħ lill-operatur biex jiddiskuti t-triq ‘il quddiem.
Dan minkejja li l-operatur Autobuses de Leon, li l-Ministru Joe Mizzi kien iltaqa’ magħha fi Spanja saħansitra ntgħażlet mill-Gvern, issa ilha sitt xhur topera s-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta permezz tal-kumpanija mwaqqfa mill-Gvern ‘Malta Public Transport’.
//= $special ?>