Kmieni wara nofsinhar sar il-funeral ta’ Christopher Farrugia, sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena minn Birżebbuġa li tilef hajtu f’incident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr nhar il-Ħadd li għadda.
Sfortunatament, li hu wkoll missier ta’ żewġt’itfal, kien qiegħed isuq mutur tat-tip Honda CB fil-kumpanija ta’ żewġ sewwieqa ohra bil-muturi tagħhom meta kellu impatt head on ma’ karozza tal-linja.
Barra minn hekk hu reġa’ kellu impatt ukoll ma’ Jeep misjuqa minn koppja Taljana, qabel spiċċa mixħut fix-xagħri mal-ġenb tat-triq.
Il-funeral ta’ Christoper beda b’korteo minn grupp ta’ sewwieqa ohra li marru għall-Knisja ta’ Birżebbuġa bil-muturi tagħhom.
Fl-aħħar jiem fuq Facebook kitbet ukoll mart Christopher, li f’kumment qasir imma kommoventi wiegħdet l-imħabba tagħha għal dejjem lejn Christopher, li kien deskritt minn sħabu bħala bniedem li tant kien iħobb lil familtu.
//= $special ?>