Filmat li tpoġġa fuq Facebook dwar l-inċident tal-bieraħ f’putirjal spiċċa viral b’diversi kummenti kontra elementi razzisti f’pajjiżna.
Il-video juri l-azzjoni bil-forza mill-Pulizija tal-IRU kontra l-Ungeriż li ġie agredit minn mara fil-venda tal-Belt. Diversi kienu dawk li kitbu illi r-raġel spiċċa arrestat sempliċiment għax hu iswed.
Fuq il-midja socjali, b’mod speċjali facebook, dan il-filmat kien “shared” aktar minn 4,000 darba u b’1,200 “like” u b’aktar minn 150,000 view.
//= $special ?>