Lokali

FILMAT: “Ngħaddu minn abbuż razzjali ta’ spiss” – Xufier tal-linja

Il-każ tal-bieraħ, fejn Maltija beżqet u tat daqqa ta’ ħarta lil student Ungeriż u dan spicca arrestat bil-forza għal xejn b’xejn mill-RIU, ixxokkja lill-pajjiż.

Imma dan il-każ hu biss wieħed minn ħafna oħrajn li jseħħu f’pajjiżna, u li ftit jafu bihom.

Fost il-vittmi li spiss isibu min jgħidilhom imorru lura pajjiżhom, Alan Elegyouzoi, Marokkin li ilu 23 sena f’pajjiżna, fejn bena familja u ġab ukoll iċ-ċittadinanza Maltija.

Alan hu xufier tat-trasport pubbliku, li ta’ spiss jisfa’ vittma ta’ abbuż verbali mill-Maltin sempliċiment għax hu ismar.

Fil-kummenti tiegħu lil dan l-istazzjon, Alan esprima d-diżappunt tiegħu li ma jistax jgħix u jaħdem f’Malta sempliċiment minħabba l-kulur tal-ġilda tiegħu.