Wara d-diversi protesti għall-proġett ta’ universita’ fiż-Żonqor, il-Gvern se jipproponi li dan il-proġett jinqasam, b’parti minnu jibqa’ f’Marsaskala u parti oħra f’lokalita’ oħra fin-Nofsinhar ta’ Malta. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirizza l-aħħar sessjoni tal-laqgħat “Gvern li Jisma'”.
Muscat qal li l-użu ta’ art verġni għandu jkun l-aħħar għażla iżda m’għandhiex tkun skartata għal kollox f’każ ta’ bżonn ta’ skejjel, sptarijiet u proġetti oħra “ta’ importanza nazzjonali”. Qal ukoll li l-firda tad-Direttorat tal-Ambjent minn mal-element tal-ippjanar u żvilupp tal-MEPA tinsab fl-aħħar stadji tagħha.
Dwar it-traffiku, il-PM ammetta li l-ewwel ġurnata tas-sistema tat-trasport pubbliku ma kienitx waħda tajba u qal li “ġibed widnejn” l-operaturi tat-trasport pubbliku u sostna li l-affarijiet diġa’ tjiebu. Hu qal li mhux se jsiru iktar minn proġett wieħed kbir fl-istess ħin fit-toroq Maltin. Għaldaqstant, wara l-proġett tat-Triq tal-Kosta, se jibda l-proġett tar-roundabout ta’ Triq Reġjonali u mbagħad il-proġett tal-Marsa qrib iċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Dwar is-sitwazzjoni fil-Greċja, Muscat qal li l-poplu Grieg għandu dritt li jesprimi ruħu iżda minkejja dak li qed jgħid il-PM Grieg, il-vot fir-referendum tal-Ħadd u dwar jekk il-Greċja tibqax fiz-zona ewro jew le. Qal li jirrispetta kull deċiżjoni li jieħu l-poplu Grieg imma ħeġġeġ li jaċċettaw il-pakkett ta’ miżura għax fir-realta’, mhux se jsib alternattiva aħjar.
//= $special ?>