Bħalissa l-Ministru Joe Mizzi jinsab Putirjal fejn qed isegwi l-andament tas-servizz tal-karozzi tal-linja. Madankollu, meta lbieraħ kien hemm kaos sħiħ fil-venda tal-Belt, Joe Mizzi ma deher imkien.
Sadanittant, aktar persuni komplew jibgħatu ritratti tas-sitwazzjoni fis-servizz tal-linja, fejn anke dalgħodu x-xarabanks ma ħadmux kif mixtieq u kien rappurtat dewmien. Fir-ritratt (isfel) jidhru l-ammont ta’ nies miġbura fl-istage ta’ taħt il-Bombi, fejn uħud damu jistennew tal-linja ferm aktar mis-soltu.
(Ritratt fuq: minn Roberto Runza)
//= $special ?>