Internazzjonali

L-ISIS ‘kissru l-istatwi ta’ Palmyra’…

Il-grupp tal-ISIS ippubblika r-ritratti tal-militanti tiegħu qed jeqirdu oġġetti tal-patrimonju imprezzabbli li kienu nsterqu mill-fdalijiet storiċi ta’ Palmyra, fis-Sirja.

L-ISIS sostna speċifikament li dawn l-oġġetti kienu jinkludu ‘l-iskulturi minn Palmyra’, bir-ritratti juru l-irġiel qed jużaw l-imrietel biex ikissru xi statwi fil-preżenza ta’ folla. Il-ġiħadisti tal-ISIS spjegaw li l-istatwi kienu nħatfu ‘mingħand traffikant’ li anki ntwera ritratt tiegħu qed jissawwat bil-frosta bħala piena għall-aġir tiegħu.

Sadanittant, l-UNESCO, l-organizzazzjoni kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti, qalet li l-antikitajiet misruqa mill-ISIS (wara li l-ġiħadisti daħlu fis-siti tal-Iraq u s-Sirja) spiċċaw għand il-kollezzjonisti fir-Renju Unit.