Internazzjonali

Miet il-kantant Val Doonican

Tħabbret il-mewt tal-kantant veteran Irlandiż Val Doonican f’eta ta’ 88 sena.

Hu miet f’dar tal-kura f’Buckinghamshire fir-Renju Unit. Ismu proprja kien Michael Valentine Doonican, fis-snin Sittin u Sebgħajn hu kien kontinwament fil-klassifika Ingliża.

Fost is-suċċessi tiegħu kien hemm Walk Tall, The Special Years u Elusive Butterfly. Hu kellu wkoll serje televiżiva li kien popolari ħafna dawk iż-żminijiet, The Val Doonican Show fuq il-BBC.