Uffiċjali Amerikani qalu li ma jirriżulta li ma kien hemm ebda sparatura f’bazi militari fil-kapitali Washington D.C.
Jidher li xi ħadd għamel rapport falż mal-Pulizija li kien hemm sparatura jew raġel armati imma wara li mijiet ta’ membri tal-forzi tas-siġurta marru fuq il-post, ma rriżulta li ma kien hemm xejn. Dan hekk kif fl-Istati Uniti hemm allert minħabba ċ-ċelebrazzjoni tal-4 ta’ Lulju, il-festa nazzjonali Amerikana.
Il-post kien assedjat mill-forzi tas-sigurta wara rapporti li tal-anqas raġel wieħed armat kien fit-tarzna tal-Qawwa tal-baħar Amerikan f’Washington D.C.
Fl-2013, fl-istess post 12-il persuna kienu nqatlu wara li ħaddiem kien daħal u fetaħ in-nar fuq l-impjegati.
//= $special ?>