Sal-lum saru 46 unjoni ċivili li jew saru f’Malta jew li seħħew barra minn pajjiżna u ġew irreġistrati f’Malta.
Din l-informazzjoni ngħata fil-Parlament għal mistoqsija tax-Shadow Minister Chris Said.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qal li sal-lum kien hemm 38 unjoni ċivili registrati f’Malta. Fost dawn kien hemm 29 koppji maskili, tmien koppji femminili u koppja waħda ta’ sess differenti.
Kien hemm ukoll tmien unjonijiet ċivili, kollha ta’ sess maskili, li seħħew barra minn Malta u ġew irreġistrati f’Malta. B’kollox l-ammont jitla’ għal 46.
//= $special ?>