Fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu, miet missier l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, Emanuel Scicluna.
Hu miet fi sptar f’Ruma fl-eta’ ta’ 85 sena.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kurja Arċiveskovili intqal illi Emanuel Scicluna ħalla jibku lil martu Maria Carmela, bintu Monica u r-raġel tagħha Ray Lanzon, bintu l-oħra Josette u r-raġel tagħha Emanuel Grixti, ibnu Jesmond u martu Wendy, kif ukoll in-neputijiet.
Id-dettalji tal-funeral jitħabbru aktar tard.
Fi tweet il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil wera s-sogħba għat-telfa ta’ missier l-Arċisqof, Emanuel Scicluna.
Fi stqarrija anke l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-Arċisqof ta’ Malta għat-telfa ta’ missieru Emanuel Scicluna.
Anke l-President ta’ Malta Marie-Louisce Coleiro Preca u s-Sur Preca esprimew l-kondoljanzi tagħhom lill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna għat-telfa ta’ missieru Emanuel Scicluna. Fl-istqarrija ntqal li l-President għamlet kuntatt mal-Arċisqof ta’ Malta biex tesprimi s-sogħba tagħha.
//= $special ?>