Il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela qed jistenna l-eżitu tal-inkjesta li qed issir biex jara jekk għandhomx jittieħdu passi fil-konfront tal-eks Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit.
Malta Right Now ħa l-kummenti tal-Ministru Carmelo Abela dwar is-sentejn u nofs li għaddew, li kienu mifnija problemi għall-Korp tal-Pulizija … f’perjodu li fih il-Gvern għandu pressjoni dwar diversi każi fil-Korp.
Dwar l-arrest bil-forza fuq Ungeriż ta’ karnaġġjon skur, il-Ministru tal-Intern sostna li għandu jkun il-Kummissarju tal-Pulizija li jrid jara jekk jieħux passi dwar il-Pulizija li użaw il-forza. Min-naħa l-oħra, hu ġġustifika l-mod kif tliet ħaddiema kienu sospiżi minn xogħolhom mingħajr inkjesta għax esprimew opinjoni kontra l-Gvern.
Ma’ Malta Right Now, il-Ministru Abela jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar is-sentejn li għaddew ta’ Gvern Laburista.
Segwi l-kummenti tal-Ministru Carmelo Abela f’dan il-filmat.
//= $special ?>