Gruppi kbar ta’ Tuneżini u turisti ngħaqdu f’ċerimonja speċjali fir-resort turistiku ta’ Sousse biex jitfakkru t-38 persuna li bħal-lum ġimgħa kienu sfaw immassakrati minn ġiħadista armat tal-ISIS fl-istess inħawi. Fiċ-ċerimonja pparteċipaw ukoll il-Prim Ministru Tuneżin Habib Essid u numru ta’ Diplomatiċi.
Sadanittant, kienet osservata minuta silenzju f’Sousse u fir-Renju Unit, li tilef għexieren taċ-ċittadini fil-massakru. Il-Prim Ministru Essid u l-Ambaxxatur Britanniku Hamish Cowell qiegħdu l-fjuri fuq il-bajja tar-resort b’rispett għall-vittmi.
U hekk kif l-awtoritajiet Tuneżini bħalissa qed iżommu tmien suspettati b’konnessjoni mal-attakk ta’ Sousse, fil-preżent hemm aktar minn 1,300 aġent armat fl-inħawi tal-lukandi u l-bajjiet tat-Tuneżija biex jiggarantixxu s-sigurtà tan-nies.
//= $special ?>