Ewropa Lokali

Fotografi Maltin imħassba dwar proposta li tillimita r-ritratti ta’ bini storiku

Il-fotorgrafu Malti Ian Vella appella lill-MEPs Maltin biex jivvutaw kontra l-proposta li hemm bħalissa quddiem il-Parlament Ewropew u li tista’ tillimita l-fotografija ta’ bini storiku. Dan huwa sentiment li ġie espress anke minn diversi dilettanti tal-fotografija li tkellmu ma’ dan is-sit.

Hekk kif fil-ġranet li ġejjin l-UE tista’ tirtira d-dritt magħruf bħala Freedom of Panorama, Borg kiteb lis-sitt MEPs Maltin sabiex jinżamm dan id-dritt bażiku. Il-fotografu Malti qed jappella biex l-MEPs jivvutaw kontra l-emenda 421 fir-rapport tal-MEP Franċiż Jean-Marie Cavada.

L-emenda se twassal għal projbizzjoni ta’ ritratti fuq Wikipedia li juru arkitettura jew bini storiku nazzjonali. Turisti, per eżempju, ma jkunux jistgħu jieħdu ritratti tal-Parlament ta’ Renzo Piano u jippubblikawhom fuq l-internet.

Għalhekk qed issir pressjoni fuq l-MEPs Maltin biex jikkampanjaw kemm f’pajjiżna u anke fl-Ewropa ħalli din l-emenda ta’ Cavada ma tintlaqax.