Franza ma laqgħetx l-appell ta’ Julian Assange, il-fundatur tal-Wikileaks, biex jingħata kenn politiku f’artha. Assange, li hu ġurnalist u attivist Awstraljan, qed itenni li ħajtu spiċċat f’periklu wara li hu kien kixef informazzjoni sensittiva.
Madankollu l-Uffiċċju tal-President Franċiż, Francois Hollande, stqarr li s-sitwazzjoni ta’ Assange ma tippreżentalux periklu immedjat.
Il-Prosekuturi fl-Iżvezja jridu jinterrogaw lil Assange rigward allegazzjonijiet ta’ aggrediment sesswali. Assange, li qed jiċħad għal dawn l-allegazzjonijiet, ilu mill-2012 jgħix fl-Ambaxxata tal-Ekwador, f’Londra.
//= $special ?>