Il-Kullegg Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista jiddeplora l-arroganza tal-grupp Parlamentari Laburista li fil-Parlament ivvota favur l-imminar tad-demokrazija f’pajjizna. Dan b’referenza ghad-decizzjoni tal-Gvern Laburista li jitħassru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali skedati li jsiru fl-2017.
Fi stqarrija l-KKLPN qal li bla dubju ta’ xejn, din hi tebgħa oħra fuq id-demokrazija ta pajjizna u li ghal darb’ohra qed isseħħ taħt Gvern Laburista.
“Gvern li suppost kellu jkun differenti minn Gvernijiet laburisti tas-sebghajnijiet u t-tmeninijiet. B’dak li ghamel fil-Parlament, il-grupp Parlamentari Laburista qieghed iċaħħad nofs il-popolazzjoni Maltija milli teżerċita’ d-dritt tal-vot, l-aktar element fundamentali f’socjeta’ demokratika.”
Il-Kullegg Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista jikkonsidra dak li ġara fil-Parlament bħala attakk dirett fuq is-sistema demokratika ta’ pajjizna u jinsab imhasseb serjament dwar il-konsegwenzi li dan kollu ser jkollu fuq ir-residenti li jghixu fil-lokalitajiet milquta minn din id-decizzjoni hazina li jithassru l-elezzjonijiet lokali tal-2017.
B’dak li gie approvat mill-Parlament ser iwassal sabiex il-mandat mogħti minn nies lill-Kunsilliera Lokali jittawwal minn erba’ snin ghal sitt snin. Rizultat ta’ dan, in-nies se jibqghu jgħixu taht Kunsilli Lokali ghal terminu ferm itwal minn dak li vvutaw ghalih u dan zgur li se jkollu impatt hazin fuq il-progress tal-Lokalitajiet rispettivi.
Il-KKLPN jishaq li huwa tal-misthija kif Joseph Muscat qed ipoggi l-ezigenzi politici tieghu qabel l-interess tal-Maltin. Ghaldaqstant qieghed jghid lill-Prim Ministru biex f’gieh il-principju tat-trasparenza ghal darba jkun onest u jispjega l-intenzjonijiet tiegħu wara din id-deċiżjoni ħażina u anti-demokratika. L-KKLPN jixtieq jimmarka l-fatt li d-demokrazija hija suprema f’dan il-pajjiz u allura ma jista qatt li naċċetaw l-fatt li l-poplu Malti ser jiġi mċaħħad milli jagħti sehmu f’elezzjoni ghax din iċaħħad l-Indipendenza individwali ta kull bniedem li l-Partit Nazzjonalista tant ħadem għaliha tul is-snin.
Il-KKLPN jappella lill-Grupp Parlamentari Laburista biex fl-aħħar ċans li għandu, fil-vot għat-Tielet Qari, jreġġa’ din id-deċiżjoni lura, u jippermetti li l-elezzjonijiet li jmiss tal-Kunsilli Lokali jsiru kif skedat.
//= $special ?>